Il-Ħass Mal-Bass

Il-Ħass Mal-Bass

Kurt u Sarah
País Malta
Géneros Educação
Idioma MT
Episódios 45
Último 13.12.2025

Il-poddata ideali għal min iħobb iħallat il-ħass mal-bass, miġjub lilkom minn Kurt u Sarah.

Episódios

  • IL-ĦASS MAL-BASSELS 2: Min Hu L-Essħown, Opinjonijiet Impopolari, Trolley Problems 13.12.2025 1h 5min
    Kurt u Sarah jerġgħu jimmassimizzaw l-islayyaġni konġunta tagħhom f'kamra qalb Brussell sabiex flimkien jiddiskutu assolutament xejn. Allura jerħulha għal fuq Reddit sabiex jagħtu parir dwar okkorrenzi ta' ħaddieħor li ħadd ma talab parir imġiddem dwarhom.Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)Logo: Félix (IG @felix.afc)
  • IL-ĦASS MAL-BASSELS: Ir-Ritorn Trijonfali dirett minn Brussell 01.12.2025 1h 5min
    Il-Ħass Mal-Bass jerġa’ lura għal episodju speċjali miġjub lilkom minn qalb Brass Eels u l-crack huwa aqwa minn qatt qabel. Kurt u Sarah jaqsmu brudatini li ilhom ibaqbqu għal xi żmien, filwaqt li jirriflettu fuq l-aktar aġġornament riċenti u pertinenti f’ħajjithom.Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)Logo: Félix (IG @felix.afc)
  • S2E18: Dating Apps, Ħbiberiji Diġitali, u Ħiliet Soċjali 10.09.2024 1h 13min
    Fl-episodju tal-lum nieħdu spunt minn brudatina li rċevejna mill-udjenza u nittrasformawha f’sessjoni taħraq tal-Qaħbarijiet. Kemm hu tal-bruda li tuża dating apps u tiltaqa’ mal-maħbubinu tiegħek online? L-ispazju diġitali qiegħed inaqqar mill-kapaċità tagħna ninteraġixxu wiċċ imb wiċċ?  Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
  • S2E17: X'Jiġifieri Tkun Taf Tuża Lingwa "Sew"? 03.09.2024 1h 13min
    'Il fuq minn 40 episodju wara, illum fuq il-ĦMB nerġgħu niddedikaw it-tema ewlenija għas-suġġett inawgurali tal-poddata, jiġifieri l-lingwa Maltija u l-imġiba kultant bażwija tagħna fil-konfront tagħha. U nerġgħu nittantaw xortina b'segment tal-ftuħ miġbud live! Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
  • S2E16: Video Games għal Video Gays – u ĦMB Live? 27.08.2024 1h 5min
    Lana del Rey veru kellha raġun meta ħarġet Video Games, u fl-episodju tal-lum huwa eżatt hekk li niddiskutu – minn logħob li kbirna bih fi tfulitna, għal-logħob li għadu jġegħilna nfaqqgħu ċ-ċenteżmi fil-but fuq Steam. UUUU, brudatina speċjali rrekordjata live quddiem udjenza spettakolari ta' 8 vittmi! Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
  • S2E15: L-Oġġettifikazzjoni... u Kliem Ieħor Diffiċli 19.08.2024 1h 9min
    Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah jitkellmu dwar kif huma stess jitkellmu dwar ħaddieħor, meta d-diskussjoni tieħu dawra kemxejn pikkanti. Kif inkunu rispettużi meta ngħidu li xi ħadd mazza jew tal-gdim, u xi jħoll u jorbot jekk diskors huwiex rispettuż jew le? Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
  • S2E14: Il-Konfessjonijiet Imbarazzanti Tagħna Lkoll 13.08.2024 53min
    F'dan l-episodju, Kurt u Sarah jaqraw u jiddiskutu l-konfessjonijiet anonimi li bgħattulna u jisfidaw il-limit ta' x'inhu wisq TMI u x'mhuwiex. Jikkwistjonaw ukoll il-volum esaġerat tal-mużika fil-gyms, u għalfejn tant ristoranti jinsistu li jservulek butir mal-ħobż li qisu blokka silġ. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
  • S2E13: Xi Jqabbadkom Bruda? (Brudatina Special) 06.08.2024 53min
    L-episodju tal-lum huwa miġjub minnkom l-udjenza, fejn insiru nafu aħjar xi jqabbadkom bruda u lmenti oħrajn li qed iberrnu f'raskom. Naqraw il-brudatini li bgħattulna, filwaqt li nħawru l-konverżazzjoni bi ftit brudatini tagħna stess. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
  • S2E12: brat summer 30.07.2024 1h 4min
    Meta aħna ngħidu BUMPIN, into tgħidu THAT! Minn ilwien t'aħdar jgħajjat għall-aktar żifna popolari ta' bħalissa fuq TikTok, it-365 party girls jeżaminaw il-fenomenu ta' brat summer li ħakem l-isferi tal-media soċjali minn taħt grazzi għal omm il-gays kollha fid-dinja, Charli XCX. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
  • S2E11: Il-Bokka bl-Avukati u t-Tobba 23.07.2024 1h 8min
    Fl-episodju tal-lum (suppost) niddiskutu r-rumantiċizzazzjoni nazzjonali tal-kariġi ta' avukat u tabib, diskussjoni li xi ftit jew wisq tiżvolġi fi lmenti li jolqtu l-kura tas-saħħa u servizzi legali. Nistaqsu wkoll għaliex il-prezzijiet online huma tant differenti minn dawk li ssib fil-ħanut proprju, u l-infestazzjoni massakrabbli tan-nemel. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
  • S2E10: Vizzji, Logħob tal-Azzard, u "iGaming" 16.07.2024 1h 9min
    Fl-għaxarepisodjuversarju tat-tieni staġun, Kurt u Sarah jitfgħu d-damma għal saqajha u jittantaw l-opinjonijiet ta' xulxin fejn tidħol il-kultura tal-logħob tal-azzard li nfirxet madwar Malta. Jissoktaw ukoll il-brudatini mill-udjenza u anki brudatina mingħand Sarah issa li bdiet tieħu nota fiżika ta' kull avveniment f'ħajjitha li jiskomodalha l-istonku. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
  • S2E9: Nies Fitti Jiddiskutu Fitness u Kif Inħarsu lejn Ġisimna 09.07.2024 1h 6min
    Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah iħarrġu l-kordi vokali tagħhom f'diskorsata li tolqot kollox marbut mal-eżerċizzju, mill-attività fiżika nnifisha għall-perċezzjoni li għandna lejn ġisimna bħala vettura miexja ta' laħam. Mhux hekk biss, iżda jinġiebu għall-ewwel darba brudatini esklussivi mingħandkom stess, l-udjenza brudeska tagħna! Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
  • S2E8: Ħmerijiet Medjokri Ssejħilhomx Opri 02.07.2024 59min
    Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah jinfexxu f'diskorsata taħraq u kemxejn pikkanti fit-togħma dwar kemm aħna bħala pajjiż lesti naċċettaw il-medjokrità, in-nuqqas ta' rieda li nixprunaw il-kwalità, u l-ġlieda magħna nfusna biex inrendu xi ħaġa ta' sugu. Did-darba b'ŻEWĠ brudatini esklussivi mingħand Kurt! Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
  • S2E7: Il-Kultura Maltija X'Jagħmilha... Maltija? 25.06.2024 1h 6min
    Fl-episodju tal-lum Kurt u Sarah jiftħu diskussjoni dwar l-isfumaturi li jsawru l-kultura tal-Maltin... li inevitabbilment tiżvolġi f'riflessjonijiet dwar il-lingwa. Jiġu diskussi wkoll series li jgħibu minn fuq Netflix bla avviż jew twissija ta' xejn, u prezzijiet kwistjonabbli tad-deterġenti. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
  • S2E6: L-Aċċessibbiltà Fiżika u Lingwistika 18.06.2024 1h
    Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah jiddiskutu d-diversi sfumaturi marbutin mal-aċċessibbiltà u kif dan il-kunċett jissarraf (jew ma jissarrafx) Malta, u żewġ brudatini u nofs imnebbħa mill-ħajja riċenti ta' dawn iż-żewġ protagonisti omosesswali. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
  • S2E5: Vot għall-Ħass Huwa Vot għall-Bass 04.06.2024 59min
    Nhar is-Sibt Malta toħroġ bi ħġarha tixħet il-vot, u allura xi żmien aħjar biex naqbdu parlata fuq l-elezzjonijiet li ġejjin? Kurt u Sarah jirriflettu fuq xi tfisser din l-elezzjoni għal Malta, il-kandidati prospettivi, u l-importanza li nhar is-Sibt ma noqogħdux id-dar insaqqu l-ħass. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
  • S2E4: Il-Kakofonija tal-Kunjomijiet... u das-Salad Kif Ġieni €18? 28.05.2024 59min
    Din il-ġimgħa għoġobna nkomplu nħarbtu t-tessut taż-żmien bl-episodju l-ieħor li SUPPOST kien intiż għall-ewwel staġun, iżda l-istaġun qatt ma fetaħ. Riflessjoni dwar in-natura u l-wirt tal-kunjomijiet, sparpaljati b'interventi dwar salads bi prezz eżorbitanti mill-ajruporti u t-temp orrendi ta' dan l-aħħar xahar. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
  • S2E3: Il-Eurovision HUWA Konkors Politiku? 21.05.2024 1h 4min
    Il-Eurovision ta' dis-sena kien... interessanti, u l-ġrajjiet kwistjonabbli li saru matulu taw spunt lil Kurt u Sarah biex jidħlu fin-natura ta' xi jsawwar dan il-konkors. Tista' tippromwovi l-paċi u xorta waħda tagħlaq għajnejk mill-implikazzjonijiet politiċi? Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
  • S2E2: Ix-Xjuħija, L-Anzjani, u l-Media Soċjali 14.05.2024 1h 9min
    Din il-ġimgħa nwasslulkom wieħed mill-episodji mitlufin li suppost ifforma parti mill-ewwel staġun ta' ĦMB – jew it-tieni staġun li suppost sar tliet xhur ilu. Kurt u Sarah jaqbdu konverżazzjoni eżistenzjali dwar ix-xjuħija u l-qrubija tal-mewt, filwaqt li jirriflettu fuq tipi ta' ikel li jqabbadhom ħruq ta' stonku. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)
  • S2E1: Ejja Nagħmlu Kiki! 06.05.2024 1h 12min
    Wara erba' xhur stennija u wegħdiet mhux miżmuma, Il-Ħass Mal-Bass jerġa' lura b'textix iferfer! Biex ivaraw l-istaġun il-ġdid, Kurt u Sarah jingħaqdu flimkien għal naqra catch-up u mustarda dwar x'minnhom mill-bidu tas-sena 'l hawn. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

Popular em

Este podcast também aparece nas paradas de podcasts destes países.