Aphroconfuso

Aphroconfuso

Aphroconfuso
Country Malta
Genres Arts, Books
Language MT
Episodes 81
Latest 20.10.2026

Il-podcast tal-ġurnal letterarju Aphroconfuso, li jesplora l-identità Maltija permezz ta' kitbiet u diskussjonijiet. L-isem ġej minn deskrizzjoni storika tal-poplu Malti bħala ta' karattru imħallat bejn Sqalli u Afrikan. Il-ġurnal ifittex li jmur lil hinn mid-diskors tradizzjonali dwar il-Malti u l-Ingliż, u jħaddan orizzonti ġodda tal-ilsien Malti, inkluż l-użu tiegħu minn barranin. Il-podcast joffri riflessjonijiet dwar il-kultura u l-lingwa f'Malta b'mod kurjuż u kunfidenti.

Episodes

  • Noti Editorjali: Noah Fabri
    Noti Editorjali: Noah Fabri 20.10.2026 43m
    « Naħseb l-ikel dejjem ħa jkun importanti f’ħajti u dejjem jibqa’ xi ħaġa essenzjali fil-ħsieb tiegħi jew fil-prattika tiegħi għax iżommli saqajja mal-art. U fl-ikel hemm il-kwistjonijiet kollha politiċi li jinteressawni: tal-ġisem, tal-ġeneru, ta’ kif jiżvolġu dawn in-networks tal-kolonjaliżmu, l-ekonomija, il-kapitaliżmu. Fl-ikel hemm kollox. Jiġifieri naħseb li dejjem, b’xi mod jew ieħor, ħa jkun hemm lenti tax-xogħol tiegħi li ħa tħares lejn l-ikel. Bħalissa qed naħseb fuq xi proġetti wkoll li jinvolvu b’mod aktar dirett l-ikel, l-idea ta’ tip ta’ performances li kont qed nagħmel kull darb...
  • Marta Marta (silta) - Sibt il-Mistrieħ - Loranne Vella
    Marta Marta (silta) - Sibt il-Mistrieħ - Loranne Vella 17.10.2026 5m
    « Ir-raqda, nhar ta’ Sibt, Dolores tibdieha mal-qawmien, għax nhar ta’ Sibt filgħodu Dolores ma tqumx, la tistenbaħ man-noti tal-qniepen għax il-qniepen ma jdoqqux, la tqum mir-raqda, la tqum mis-sodda, la tinżel isfel għall-fatra. Ma tiltaqa’ la ma’ Concetta, la ma’ Beneditta, la ma’ Marija Assunta, la ma’ Carmelina, la ma’ Marwa, la ma’ Nathaline, la ma’ ħadd minn ġewwa, la ma’ ħadd minn barra. Illum is-Sibt ma tara lil ħadd, la tara lil Damjan u lanqas taħseb fih. Illum la tqum titmattar, la tmur tbaħbaħ wiċċha, la kikkra te u lanqas kafè, la ħobż, la ċikkulatina, la sigarru bil-bokkin u la...
  • Ommi Saret id-Dawl Fiddien - Miriam Galea
    Ommi Saret id-Dawl Fiddien - Miriam Galea 15.10.2026 2m
    Ommi saret għasfur magħdurbilkemm titrejjaq,tgħid biss ftit kliemwiċċha ċkejken,għajnejn lubien....kompli aqra l-poeżija fuq Aphroconfuso:https://aphroconfuso.mt/miriam-galea-ommi-saret-id-dawl-fiddien/Ommi saret il-qamar (Ma mere est devenue la lune) tagħmel parti minn Għadajjar Għajnejja: Ebbs and Flows, wirja ta’ Miriam Galea fil-Malta Society of Arts bejn it-22 ta’ Ottubru u t-12 ta’ Novembru 2026. Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
  • Sal-Għasfur Isib Fejn Jgħammar - Nathan Anthony Pace
    Sal-Għasfur Isib Fejn Jgħammar - Nathan Anthony Pace 14.10.2026 18m
    « Imxejna tul il-ġnien infittxu post iżolat. Qalli li nofsu Taljan u iktar ħawwadni, donni kont se nġarrab it-temmija ta’ nofs intimità ma’ Sqalli li r-rabta etimoloġika bejn amuri u amicizzia kien studjaha sew u għamilha l-missjoni ta’ ħajtu li jirxuxtaha, dak li meta tlaqt mid-dar għamel lejl jgħannaqni f’soddtu ta’ ħbieb li konna. Imxejna ftit iktar u nżilt eqreb tas-sur. Iltqajt ma’ post li donnu kien imħejji għalina, santwarju ta’ siġar bil-friegħi mgħaqqdin f’xulxin, żewġ ġebliet f’għamla ta’ taraġ fejn noqogħdu bilqiegħda, il-kamra ta’ ġewwa fejn tinżamm l-arka li mhux kulħadd ipprivile...
  • Noti Editorjali: Kurt Borg
    Noti Editorjali: Kurt Borg 12.10.2026 46m
    « Naħseb li din hija tema importanti, hija kważi djalettika jew tensjoni bejn l-individwalità li titlob il-kitba u l-kollettività tal-grupp u tal-attiviżmu. Jien naħseb li hemm tensjoni importanti bejniethom, jiġifieri t-tnejn iżommuni ankrat b’modi varji. Jekk jiena nkun inkwetat dwar l-arroganza tal-ewwel persuna speċi nipprova nserraħ il-kuxjenza u ngħid li l-attiviżmu iktar kollettiv, mhuwiex dwari. Niltaqa’ ma’ nies li jaħdmu verament fi spirtu ta’ kollettività minkejja li kultant il-midja, il-ġurnaliżmu, jiffukaw fuq individwu partikolari għax għandhom bżonnu għall-istorja. Imma fil-veri...
  • Pollakki ta’ Chełmno - Glorianne Micallef
    Pollakki ta’ Chełmno - Glorianne Micallef 13.09.2026 20m
    « Fl-2024 ktibt lil Roberta Metsola, użajt dak li ħsibt li naf fuq kif jaħsbu u jaġixxu l-politikanti, stħajjiltni xi manipulatriċi prima. Kienet għadha kif ġiet rieletta fil-Parlament Ewropew u kkonfermata bħala l-President. Semmejtilha lilek, li għadek tarbija, fuq kif irrid li Metsola tkun ta’ mudell għalik ’il quddiem, bħala mara Maltija li laħqet fi rwol influwenti u influwenzat fis-sewwa. Fuq kif twaħħaxt nara, fuq X, ritratti ta’ trabi maqtulin, maħruqin, maħlulin, inkella ta’ trabi ħajjin imma b’partijiet minn ġisimhom nieqsa, jew ta’ ommijiet ħajjin, imma jixhru ’l uliedhom mejtin. Me...
  • “siġra tal-lewż” - Jasmine Bajada
    “siġra tal-lewż” - Jasmine Bajada 06.09.2026 1m
    għażiża poeta,meta nkun qed insuq u ninnota,għall-ewwel darba, is-siġar tal-lewżmogħni bil-fjur roża, inħossninimtela — se nfur — bix-xewqali nikteb din ix-xbieha. mhux hekknixtiequ mill-poeżija?... kompli aqra “siġra tal-lewż” fuq https://aphroconfuso.mt/jasmine-bajada-siġra-tal-lewż/“siġra tal-lewż” ta’ Jasmine Bajada hija meħuda mill-ktieb tagħha Ittri lil Poeta Żagħżugħa, pubblikazzjoni Aphroconfuso 2026. It-tnedija se ssir fil-5:30pm, nhar is-Sibt, 7 ta’ Novembru 2026 fis-Sala tal-Qarrejja waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026. Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more informat...
  • Fejn Ħallejtha r-Rota Meta Ħrabt? - Karl Schembri
    Fejn Ħallejtha r-Rota Meta Ħrabt? - Karl Schembri 24.08.2026 23m
    « L-immaġni tar-raġel bir-rota baqgħet f’moħħi għal snin twal mindu pproċessajtha u kienet ippubblikata. Meta faqqgħet il-gwerra fuq l-Ukrajna, reġgħet feġġet lura f’moħħi b’iżjed qawwa. X’sar minnu dal-proxxmu bla isem? Fejn mar bir-rota, dat-teżor żgħir imħolli lilu f’nofs dil-ħerba? U kienet proprju din l-immaġni f’moħħi meta ktibt “Fejn ħallejtha r-rota meta ħrabt?” X’sar minnu dar-raġel, u hemm xi ħadd li jimpurtah? Il-ġenerożità lejn ir-refuġjati Ukreni filwaqt li l-Ewropa tkompli tibni l-ħitan tal-fortizza kontra kulħadd, tfakkarna fil-barbariżmu tal-mexxejja tagħna. B’din il-poeżija, u...
  • Siġra bil-Frott - Nathan Anthony Pace
    Siġra bil-Frott - Nathan Anthony Pace 24.07.2026 1m
    Din il-poeżija hija reazzjoni għall-pittura Fruit Tree ta’ Harold Ancart f’wirja dwar Milton Avery u l-influwenza tiegħu fuq artisti kontemporanji.https://aphroconfuso.mt/nathan-anthony-pace-siġra-bil-frott/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
  • Distanzi Twal - Jean Paul Borg
    Distanzi Twal - Jean Paul Borg 21.07.2026 28m
    « L-esklussività tad-dinja tal-baħar fissret solitudni aktar intensa, u aktar kemm ikun fond aktar tintensifika. Il-baħar baxx, il-qiegħ tista’ tmissu b’saqajk speċjalment fil-bidu ta’ xi bajja, jistieden lin-nies, jagħmlu aktar aċċessibbli, kważi kważi anki jekk ma tafx tgħum. Għandu element ta’ frivolità, huwa parti minn bajja, jistieden il-logħob bil-ballun, taf ukoll li tista’ ddawwar denbek xħin trid u ssib ruħek fuq l-art, soda. Saħansitra tista’ tieħu r-ritratti bil-mobile mingħajr ma xxarrbu għax tista’ ma tintelaqx fih. Ix-xemx tibqa’ għaddejja sal-qiegħ, il-baħar jinħass aktar ċar, j...
  • Bur Mgħeż (tnedija) - Omar N’Shea
    Bur Mgħeż (tnedija) - Omar N’Shea 14.07.2026 59m
    « Nassoċja dawn il-postijiet mal-istejjer tan-nies, mal-attivitajiet tan-nies, u bdejna nisimgħu dawn l-istejjer fuq il-barriera stess. Waqt l-okkupazzjoni tal-militar Ingliż f’din il-barriera kien ukoll qed isir ix-xogħol tas-sess. Allura ħafna mit-tfal tal-lokal kienu jiġu mbeżżgħa biex ma jmorrux ’l hemmhekk u bdew jinbtu ħafna stejjer dwar l-erwieħ illi jinstemgħu jgħajtu billejl. Kulħadd għandu dawn l-assoċjazzjonijiet vera koroh u vera negattivi mal-post. Però mbagħad ovvjament bdejna nisimgħu l-istejjer ta’ min jgħidilna li splodiet bomba, li speċi waqt il-gwerra tefgħu bomba. U ta’ min...
  • Noti Editorjali: Ryan Falzon
    Noti Editorjali: Ryan Falzon 17.06.2026 1h
    « Karozza ibrida hija newtrali. L-ibridu bla ħoss, l-ibridu ma tistax tbagħbas fih. Bl-ibridu x’tagħmel? Tista’ twaħħallu sticker mit-Temu mal-ġenb. Jiġifieri ma tantx tista’ eżattament tagħmlu tiegħek bħalma stajt iġġib spanner u tiftaħ il-karburatur tal-magna tal-karozza li għadek kif ġibt u tara x’jiġri. Jiġifieri hemm ħafna inqas intrużjoni fuq il-karozzi l-ġodda. Biss, qegħdin naraw nies illi kibru ossessjonament jilagħbu logħob, bħal GTA, li jigglorifika l-kultura tal-karozzi ħafna iktar minn kemm aħna konna noħolmu, fid-disgħinijiet, li ħa nixtru l-famuż Escort. Il-kultura tal-karozzi s...
  • Jisimni Gianna - Loranne Vella
    Jisimni Gianna - Loranne Vella 12.06.2026 1h 13m
    « Dwar il-korla tan-nannu ma’ wliedu sirt naf ħafna wara, wara li ommi mietet, meta z-ziju beda jiftaħ qalbu miegħi dwar it-tfulija tiegħu kull meta kont nistaqsih biex jiddeskrivili kif kienet ħajjithom meta kienu żgħar biex ikolli iktar ma’ xiex niggranfa ladarba ma stajtx nitkellem iżjed m’ommi. Irrakkuntali dwar id-dixxiplina iebsa li kellu missieru fuqu, dwar is-swat, l-umiljazzjoni, il-kliem kattiv. Għarrafni bi mġiba li waħħxitni għax m’għaraftx kif nista’ ngħaqqad l-istampa li dejjem kelli tan-nannu, li kien ifissed fina n-neputijiet u jittrattana ta’ prinċipessi u prinċpijiet, jixtril...
  • Noti Editorjali: Jimmy Grima
    Noti Editorjali: Jimmy Grima 06.06.2026 1h 2m
    Jimmy Grima jitkellem ma’ Joe Gatt, waqt din l-edizzjoni ta’ Noti Editorjali, dwar it-traġitt tiegħu mit-teatru għall-esej, dwar ir-riċerka għal xogħol performattiv, kif ukoll għal kitba esejistika u għal dik akkademika. Ukoll dwar it-traġitt tiegħu mit-teatru f’Malta għal dak fin-Netherlands u issa għal darb’oħra lura Malta bħala parti mill-kollettiv Rubberbodies. Jimmy jitkellem ukoll dwar l-importanza tal-memorji fir-riċerka li jagħmel, kemm dawk li jinsabu bħala kitbiet fl-arkivji u wkoll dawk li jinżammu ħajjin fit-tifkiriet tan-nies. Jgħid kif ħafna drabi jibda minn dawk li huma l-eqreb...
  • Qarn (taħdita) - Romeo Roxman Gatt
    Qarn (taħdita) - Romeo Roxman Gatt 16.05.2026 1h 4m
    Fit-23 ta’ April, fiċ-Ċentru għall-Kultura, Edukazzjoni u Informazzjoni f'Ħ’Attard, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb kellna taħdita dwar Qarn ta’ Romeo Roxman Gatt, li din is-sena qed jiġi meqjus għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kategorija tal-letteratura mhux fittizja.Jiddiskutu dan il-ktieb waqt is-serata kien hemm Joe Gatt, Kurt Borg u Omar N'Shea. Niki Young immodera. Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
  • Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress (tnedija) - Loranne Vella
    Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress (tnedija) - Loranne Vella 13.04.2026 1h 8m
    Beverly Agius f’taħdita ma’ Loranne Vella waqt it-tnedija tar-rumanz Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress li saret fl-10 ta’ April fil-kwartieri tal-Friends of the Earth Malta.https://aphroconfuso.mt/kotba-loranne-vella-travi-taċ-Ċedru-saqaf-taċ-Ċipress/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
  • Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress (silta) - Loranne Vella
    Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress (silta) - Loranne Vella 04.04.2026 15m
    Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress se jiġi ppubblikat fl-10 ta’ April 2026.It-tnedija se ssir fis-7pm fil-kwartieri tal-Friends of the Earth Malta, Xatt iċ-Ċangatura, il-Furjana. Ordna l-ktieb minn fuq il-website u ejja iġbru waqt it-tnedija.F’nofs ħajjitha, mara titlaq mill-belt bi ħsibijietha u b’tifkirietha. Tmur lura s-snin ta’ ħajjitha, u s-snin kollha tal-ġnien li darha nbniet fuqu, sakemm dan ma jkunx biżżejjed u pass wara pass, riġlejha joħduha fuq pellegrinaġġ tul ix-xmajjar u qalb is-siġar u l-ħxejjex. Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress jirrakkonta t-tfittxija għall-maqdes u għall-masġ...
  • Noti Editorjali: Nathan Anthony Pace
    Noti Editorjali: Nathan Anthony Pace 28.01.2026 40m
    « Naħseb li r-reliġjon hija t-tieni lingwa tiegħi, illum. Il-Malti, imbagħad ir-reliġjon. ’Qas l-Ingliż. Għax nikbru fihom, u tant kont involut fil-Mużew. Kienet esperjenza pożittiva ħafna għalija. L-allużjonijiet bibliċi, pereżempju t-teoloġija, il-morali, id-duttrina, id-dommatika, dawn l-affarijiet nafhom u nitkellem bihom. Ix-xbihat noħodhom mir-reliġjon anki fil-kitba letterarja tiegħi. Noħodhom mir-reliġjon ħafna drabi u narahom li jartikolaw esperjenza kemm reliġjuża kif ukoll sekulari u esperjenza korporja. Jiġifieri għalija r-reliġjon hija lingwa oħra li jien fluwenti fiha daqskemm ji...
  • Noti Editorjali: Miriam Galea
    Noti Editorjali: Miriam Galea 22.01.2026 42m
    « Inħoss li għandi approċċ sensorjali ħafna jiġifieri mhux ħa nippjana wisq minn qabel imma nsegwi l-istint. Pjuttost proċess awtomatist. Fit-teatru tbegħidt ftit mill-iscripts li titgħallem u tagħmel quddiem in-nies, u mort iktar lejn teatru li jinbena minn proċess ta’ improvizzazzjoni li mbagħad toħloq performance minnu, u l-istess approċċ għandi għall-kitba u għall-arti. Nipprova nsegwi l-proċess u mhux nippjana minn qabel x'se jsir. Inħalli lili nnifsi nispira ruħi minn x'joħroġ waqt li qed naħdem. F’dak is-sens, iva, imbagħad jirriżulta ferm iktar imġissem. »https://aphroconfuso.mt/miriam...
  • Noti Editorjali: Nicole Borg
    Noti Editorjali: Nicole Borg 13.01.2026 34m
    « Dak inqisu l-punt tat-tluq tar-riċerka tiegħi, il-problema li hawn bħalissa bl-iżgumbrament tal-bdiewa, jiġifieri din hija xi ħaġa li bdiet primarjament minn żmien il-Covid. Qisha faqqset dak iż-żmien però issa qed naraw li qed tikkalma ftit is-sitwazzjoni. Il-bdiewa litteralment qed jiġu żgumbrati minn arthom biex jinħoloq post għal żvilupp. Din tbeżżagħni ħafna. Nafu sew li l-prezzijiet tal-art agrikola hawn Malta huma m'ogħla s-sema, huma ftit mill-ogħla, jekk mhux l-ogħla, fl-Ewropa. U nafu sew li aħna gżira żgħira, l-insularità tinħass f'kulma nagħmlu. Fl-ikel donna nħossuha ftit imma d...

Popular in

The podcast also appears in the podcast charts of these countries.